Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Mejju 2011 - Bongrain vs UASI - apetito (APETITO)

(Kawża T-129/09)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali APETITO - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti apetito - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bongrain SA (Viroflay, Franza) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: apetito AG (Rheine, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Weeg, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' Frar 2009 (Każ R 720/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn apetito AG u Bongrain SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bongrain SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 141, 20.06.2009