Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Ottubru 2011 - Meridiana u Meridiana fly vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-128/09) 1

("Għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Nuqqas ta' azzjoni mir-rikorrenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Meridiana SpA (Olbia, l-Italja); u Meridiana fly SpA, li qabel kienet Eurofly SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: N. Green, QC, K. Bacon, barrister, C. Osti u A. Prastaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan u E. Righini, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u P. Gentili, avvocati dello Stato); u Alitalia - Compagnia Aerea Italiana SpA (Fiumicino, l-Italja) (rappreżentanti: G. M. Roberti, G. Bellitti u I. Perego, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) finali, tat-12 ta' Novembru 2008 (Għajnuna mill-Istat N 510/2008 - Italja - Bejgħ tal-assi ta' Alitalia).

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors preżenti.

Meridiana SpA u Meridiana fly SpA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Alitalia - Compagnia Aerea Italiana SpA.

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 141, 20.06.2009.