Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' April 2009 - Bongrain vs UASI - Apetito (APETITO)

(Kawża T-129/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bongrain SA (Viroflay, Franza) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apetito AG (Rheine, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta' Frar 2009 fil-Każ R 720/2008-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "APETITO" għal prodotti fil-klassi 29 - Applikazzjoni Nru 3 470 598

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali "apetito" għal prodotti fil-klassijiet 5, 11, 21, 29, 30, 37, 39, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/941 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li kien hemm xebh bejn il-prodotti, u b'hekk probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________

1 - Sostitwit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1