Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Settembru 2012 - CW vs Il-Kunsill

(Kawża T-162/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CW (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Tekari, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tiddikjara nulla u mingħajr effett id-Deċiżjoni 2012/50/PESK, sa fejn din tikkonċerna lilha;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż, kif ukoll għall-ħlas ta' EUR 25 000,00 bħala spejjeż li ma jiġux irkuprati.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi bbażati i) fuq il-ksur tar-Regoli tal-Proċedura u tad-drittijiet tad-difiża, ii) fuq in-nuqqas ta' bażi legali, iii) fuq il-ksur tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u fuq nuqqas ta' motivazzjoni, iv) fuq żball ta' evalwazzjoni u v) fuq ksur sproporzjonat tad-dritt tal-proprjetà u tal-libertà ta' impriża.

____________

1 - Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta' Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 62).