Language of document : ECLI:EU:T:2012:192





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2012 — Ternavsky vs Il-Kunsill

(Kawża T-163/12 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza —Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 8)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà —Rikors — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba — Dannu finanzjarju li jirriżulta minn miżura ta’ ffriżar ta’ fondi — Sempliċi dikjarazzjoni tal-imminenza ta’ dannu gravi u irreparabbli — Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 104(2) u (3)) (ara l-punti 9, 10, 13-15, 19, 20)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-punt 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 95) u tal-punt 2 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 265/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 37)

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.