Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – Alstom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-164/12) 1

[“Kompetizzjoni – Kawża għad-danni mressqa quddiem qorti nazzjonali – Talba għal kooperazzjoni – Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkomunika informazzjoni lil qorti nazzjonali – Irtirar tat-talba – Irtirar tad-deċiżjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alstom (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Derenne, avukat, N. Heaton, P. Chaplin u M. Farley, solicitors, sussegwentement minn J. Derenne, N. Heaton u P. Chaplin)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, N. Khan u P. Van Nuffel, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: National Grid Electricity Transmission plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Magnus, C. Bryant, E. Coulson, solicitors, J. Turner, D. Beard, QC, u L. John, barrister)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ikkomunikata lir-rikorrenti b’ittra tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Jannar 2012, bir-referenza D/2012/006840, li tilqa’ t-talba għal kooperazzjoni tal-High Court of Justice (England & Wales) [Qorti Superjuri tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales)], sa fejn timplika l-iżvelar ta’ informazzjoni allegatament koperta mis-sigriet professjonali li tinsab fit-tweġiba tagħha għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fil-Każ COMP/F/38.899 – Switchgear iżolat bil-gass.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri għal miżuri provviżorji