Language of document : ECLI:EU:T:2012:345

Kawża T-86/08

Ir-Repubblika Ellenika

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament — Frott u ħaxix — Żvilupp rurali — Nuqqas ta’ osservanza tat-termini għall-ħlas — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Awtorità ta’ res judicata — Terminu ta’ 24 xahar — Prinċipju ta’ proporzjonalità”

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012…?II ‑ 0000

Sommarju tas-sentenza

1.      Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Limitazzjoni tar-rifjut ta’ finanzjament — Terminu ta’ erbgħa u għoxrin xahar — Annullament tad-deċiżjoni ta’ rifjut — Tkomplija tal-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet — Korrezzjoni finanzjarja ġdida dwar l-infiq imwettaq matul l-24 xahar li jippreċedu n-notifika lill-Istat Membru tar-riżultati tal-verifiki — Ammissibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 729/70, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(c))

2.      Qorti tal-Ġustizzja — Sentenzi — Interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali — Applikazzjoni għar-relazzjonijiet legali mnissla u stabbiliti qabel ma tingħata s-sentenza

3.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG

(Artikolu 253 KE)

4.      Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għall-infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru

5.      Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Evalwazzjoni tal-infiq li għandu jiġi eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Komunikazzjoni wara l-komunikazzjoni tar-riżultati tal-verifiki u wara d-diskussjonijiet mal-Istat Membru

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, kif emendat bir-Regolament Nru 2254/1999, Artikolu 8(1))

1.      Id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix it-tkomplija tal-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet fil-każ li deċiżjoni tal-Kummissjoni, meħuda wara din il-proċedura tkun ġiet annullata, li tneħħi ċertu nfiq imwettaq mill-Istati Membru mill-finanzjament Komunitarju bis-saħħa tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG). Il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(c) tar-Regolament Nru 729/70, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, ma jistax jipprekludi t-tkomplija tal-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet, ladarba, wara l-annullament tal-imsemmija deċiżjoni, il-korrezzjoni finanzjarja l-ġdida applikata mill-Kummissjoni tikkonċerna wkoll l-infiq magħmul matul l-24 xahar li ppreċedew in-notifika lill-Istat Membru inkwistjoni bir-riżultati tal-verifiki.

(ara l-punt 40)

2.      L-interpretazzjoni li l-qorti tal-Ġustizzja tagħti lil regola tad-dritt tal-Unjoni tiċċara u tippreċiża, jekk hemm bżonn, it-tifsira u l-portata ta’ din ir-regola, hekk kif din għandha jew kellha tkun mifhuma u applikata mill-mument tal-implementazzjoni tagħha. Minn dan jirriżulta li r-regola interpretata b’dan il-mod tista’ u għandha tiġi applikata anki għal relazzjonijiet legali mnissla u stabbiliti qabel is-sentenza. Stat Membru għaldaqstant ma jistax jinvoka ċ-ċirkustanza li sentenza li biha l-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1663/95, li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament Nru 729/70 f’dak li jirrigwarda l-proċedura għall-verifikar [clearance] tal-kontijiet tat-Taqsima “Garanziji” tal-FAEGG, ingħatat wara rikors ippreżentat minn dan l-Istat Membru f’kawża oħra, sabiex jiġġustifika l-fatt li huwa ma setax iqajjem ilment ibbażat fuq din l-interpretazzjoni fil-kuntest tal-imsemmi rikors. Billi naqas milli jqajjem dan l-ilment fil-kuntest tal-proċedura li tat lok għas-sentenza ta’ annullament f’din il-kawża, meta huwa kellu l-possibbiltà jagħmel dan, l-Istat Membru tilef kull possibbiltà li jqajmu iktar ’il quddiem, ladarba skada t-terminu għal preżentata tar-rikors. Għaldaqstant, jekk Stat Membru jitħalla jqajjem ilment rigward att tal-proċedura li ma ġiex affettwat mill-annullament ta’ deċiżjoni sabiex jikkontesta deċiżjoni sussegwenti, li ġiet adottata fi tmiem proċedura li, parzjalment, hija dik li fi tmiemha kienet ġiet adottata d-deċiżjoni annullata, meta xejn ma kien jipprekludih jagħmel dan quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-proċedura li tat lok għas-sentenza ta’ annullament, dan ifisser li huwa jitħalla jonqos milli josserva t-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra d-deċiżjoni annullata.

(ara l-punti 48-50, 52, 53)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 60, 104)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 72, 73, 114, 115)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 86, 87)