Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Frar 2008 - Exalation vs L-UASI (Vektor-Lycopin)

(Kawża T-85/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Exalation Ltd. (Ilford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: K. Zingsheim, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta' Diċembru 2007 (kawża R 1037/2007-4) u d-deċiżjoni ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern ta' l-4 ta' Mejju 2007 u tordna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni sabiex jirreġistra t-trade mark "Vektor-Lycopin", li għaliha applikat ir-rikorrenti, fir-reġistru tat-trade marks Komunitarji;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "Vektor-Lycopin għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 838 983)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħda parzjali ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 1 (KE), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha karattru suffiċjentement distintiv u mhijiex deskrittiva.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).