Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 7 ta' April 2011 - Intesa Sanpaolo vs UASI - MIP Metro (COMIT)

(Kawża T-84/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COMIT - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Comet - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Turin, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase, J.-C. Plate u M. Berger, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta' Diċembru 2007 (Każ R 138/2006-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u Intesa Sanpoalo SpA.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta' Diċembru 2007 (Każ R 138/2006-4) hija annullata sa fejn tiċħad l-applikazzjoni ta' Intesa Sanpaolo SpA relatata mal-prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 16.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Intesa Sanpaolo.

4)    MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 116, 9.5.2008.