Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Lulju 2010 - Exalation vs UASI (Vektor-Lycopin)

(Kawża T-85/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Vektor-Lycopin - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Exalation Ltd (Ilford, Essex, ir-Renju Unit) (rappreżentant: K. Zingsheim, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta' Diċembru 2007 (Każ R 1037/2007-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Vektor-Lycopin bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir rikors huwa miċħud.

Exalation Ltd hija kkundannata għall ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 107, 26.4.2008.