Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – BPCE et vs BUR

(Kawża T-385/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BPCE (Pariġi, Franza) u l-44 rikorrenti l-oħra (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrent jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni Nru SRB/ES/2021/22 tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante 2021 għall-FUR sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament MUR, tar-Regolament ta’ implimentazzjoni u tar-Regolament iddelegat inapplikabbli:

l-Artikoli 69(1), 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament MUR;

l-Artikoli 4(2), 6 u 7 u kif ukoll l-Anness I tar-Regolament iddelegat;

l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/21, Banque postali vs BUR.

____________