Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – Confédération nationale du Crédit Mutuel et vs SRB

(Kawża T-384/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Confédération nationale du Crédit Mutuel (Pariġi, Franza) u s-26 rikorrent l-ieħor (rappreżentanti: A. Gosset Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni Nru SRB/ES/2021/22 tal-14 ta’ April 2021 li tirrigwarda l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2021 lill-FUR as fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u tar-Regolament ta’ Delega bħala mhux applikabbli:

l-Artikoli 69(1), 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament SRM;

–    l-Artikoli 4(2), 6 u 7 kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega;

l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/21, Banque postale vs SRB.

____________