Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-167/14)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u E. Manhaeve)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ma ħaditx il-miżuri kollha sabiex teżegwixxi s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija fil-25 ta’ Ottubru 2007 fil-Kawża C-440/06, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE;

tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni l-multa proposta ta’ EUR 47 462.40 għal kull ġurnata ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-440/06, mill-ġurnata meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża jew sal-ġurnata meta tiġi eżegwita s-sentenza mogħtija fil-Kawża C-440/06;

tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni s-somma f’daqqa ta’ kuljum ta’ EUR 5 191.20 għal kull ġurnata, mill-ġurnata meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża jew sal-ġurnata meta tiġi eżegwita s-sentenza mogħtija fil-Kawża C-440/06, jekk l-implementazzjoni ma sseħħx qabel;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F’dak li jikkonċerna l-metodu tal-kalkolu tas-sanzjoni, il-Kummissjoni tinvoka

A – l-importanza tar-regoli tal-Unjoni li nkisru, jiġifieri l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 91/271/KEE 1 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, li tirrigwarda l-ġbir, l-ipproċessar u r-rimi tal-ilma urban kif ukoll l-ipproċessar u r-rimi ta’ ilma użat li joriġina minn ċerti setturi industrijali. Din għandha l-għan li tipproteġi l-ambjent mill-effetti negattivi kkawżati minn dan ir-rimi tal-ilma mormi msemmi iktar ’il fuq.

Il-Kummissjoni ssostni li r-rimi ta’ ilma użat mhux trattat (jiġifieri li ma kien għadda minn iproċessar, minħabba nuqqas ta’ sistemi integrati ta’ ġbir u/jew ta’ stazzjonijiet ta’ purifikazzjoni) f’ilma tal-wiċċ iwassal għal tniġġis ikkaratterizzat minn skwilibriju tal-ossiġnu, filwaqt li ż-żieda ta’ sustanzi nutrijenti (b’mod partikolari komposti minn ażotati u fosfori) taffettwa b’mod sinjifikattiv il-kwalità ta’ dawn il-mases ta’ ilma u tal-ekosistemi relatati magħha (billi jitqiegħdu f’periklu, pereżempju, popolazzjonijiet ta’ ħut).

Barra minn hekk, f’dak li jikkonċerna l-ilma urban mormi li jkun ġie ttrattat b’mod insuffiċjenti (stallazzjonijiet ta’ trattament li ma jagħmlux trattament sekondarju jew li jagħmlu trattament sekondarju mhux konformi), is-sempliċi rikors għal trattament primarju ma huwiex biżżejjed sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tniġġis u ta’ deterjorament tal-kwalità tal-ilma u tal-ekosistemi fil-viċin. Fil-fatt, ir-rimi eċċessiv ta’ sustanzi nutritivi (fosfati u ażotati) fl-ilma tal-wiċċ huwa fattur essenzjali fiż-żieda tal-fenomenu ta’ ewtrofikazzjoni (żieda ta’ algi u ta’ pjanti tal-ilma) li jżid ir-riskju ta’ skwilibriju tal-ossiġnu fl-ilma, li jmutu popolazzjonijiet ta’ ħut u organiżmi tal-ilma oħra, kif ukoll ta’ danni sostnuti mill-ekosistemi terrestri fil-viċin. Din hija eżattament ir-raġuni għaliex l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271/KEE jipprovdi li l-ilma urban mormi li joriġina minn agglomerazzjonijiet li għandhom iktar minn 15 000 e.p. jista’ jiġi mormi biss wara li jkun għadda minn trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti.Il-Kummissjoni ssostni li, fid-dawl ta’ dak li ntqal, il-ġbir u t-trattament tal-ilma urban mormi kollu li joriġina minn agglomerazzjonijiet Griegi li għandhom e.p. ta’ iktar minn 15 000 huwa ta’ importanza vitali għall-preżervazzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ilma tal-wiċċ, tal-ekosistemi tal-ilma u tal-ekosistemi tal-art li jiddependu direttament mill-mases tal-ilma inkwistjoni, iżda wkoll sabiex tiġi ggarantita l-applikazzjoni integrali u korretta tad-direttivi l-oħra tal-Unjoni Ewropea.Madankollu, minkejja l-isforzi mwettqa u l-miżuri adottati mill-awtoritajiet Griegi f’dawn l-aħħar snin, huwa ċar li sal-lum, sitt agglomerazzjonijiet b’e.p. ta’ iktar minn 15 000 fuq it-23 agglomerazzjoni totali kkonċernati mis-sentenza tal-25 ta’ Ottubru 2007 (li ħamsa minnhom fir-reġjun tal-Lvant ta’ Attiki li huwa wieħed mir-reġjuni bl-iktar densità demografika għolja fil-Greċja) ma humiex f’konformità mal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 91/271/KEE. L-ekwivalenti ta’ abitanti ta’ dawn is-sitt agglomerazzjonijiet huwa ta’ 124 000 (16 000 f’Lefkimmi, 25 000 f’Nea Makri, 17 000 f’Markopoulo, 20 000 f’Koropi, 18 000 f’Rafina u 28 000 f’Artemida).B – Il-konsegwenzi tal-ks

ur fuq l-interessi ta’ natura ġenerali u partikolari: L-eżekuzzjoni inkompleta tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha riskji kbar ta’ tniġġis ambjentali u konsegwenzi fuq is-saħħa tal-bniedem. Fil-fatt, kif indikat iktar ’il fuq, l-eżekuzzjoni inkompleta tas-sentenza C-440/06 tal-Qorti tal-Ġustizzja twassal għal ewtrofikazzjoni tal-ilma tal-wiċċ li tista’ tpoġġi f’periklu, fost l-oħrajn, l-istat tajjeb ekoloġiku u kimiku u l-preżervazzjoni tal-ekosistemi tal-ilma u tal-art. Konsegwentem

ent, il-Kummissjoni tqis li l-eżkuzzjoni inkompleta tas-sentenza tista’ taffettwa l-implementazzjoni tad-direttivi l-oħra tal-Unjoni, fosthom id-Direttiva 2000/60/KE  tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2006/7/KE  tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Frar 2006, dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE  , tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa.Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-implementazzjoni inkomp

leta tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tippreġudika l-possibbiltà taċ-ċittadini li jibbenefikaw minn mases ta’ ilma superfiċjali nadif biżżejjed sabiex jiġu permessi l-attivitajiet ta’ divertiment (sajd, għawm, tbaħħir, mixi, eċċ). Huwa wkoll probabbli li l-eżekuzzjoni inkompleta tas-sentenza taffettwa wkoll il-kwalità tal-ilma intiż għall-konsum mill-bniedem kif ukoll is-saħħa tal-bniedem stess.