Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-167/14) 1

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 91/271/KEE – Trattament tal-ilma urban mormi – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li jistabbilixxi nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Artikolu 260(2) TFUE – Sanzjonijiet pekunjarji – Ħlas ta’ somma f’daqqa u pagamenti ta’ penalità)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E. Skandalou, aġent)

Dispożittiv

Peress li ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-440/06, EU:C:2007:642), ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 260(1) TFUE.

Fil-każ li n-nuqas ta’ twettiq ta’ obbligu ikkonstatat fil-punt 1 jippersisti fil-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza, ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata li tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 3 640 000 għal kull semtestru ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-440/06, EU:C:2007:642), mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, u sal-eżekuzzjoni kompleta tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-440/06, EU:C:2007:642), li l-ammont effettiv tagħha għandu jiġi kkalkolat fi tmiem kull perijodu ta’ sitt xhur billi jitnaqqas l-ammont totali dwar kull wieħed minn dawn il-perijodi għal perċentwali li jikkorrispondi għall-proporzjon li jirrappreżenta n-numru ta’ ekwivalenti ta’ abitanti ta’ agglomerazzjonijiet li s-sistemi ta’ ġbir u ta’ trattament tal-ilma urban mormi tagħhom kienu reżi konformi mas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-440/06, EU:C:2007:642), fl-aħħar tal-perijodu kkunsidrat, meta mqabbel man-numru ta’ ekwivalenti ta’ abitanti ta’ agglomerazzjonijiet li ma għandhomx sistemi bħal dawn fil-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza.Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, is-somma f’daqqa ta’ EUR 10 miljun.Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 261, 11.08.2014