Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta' Lulju 2011 - Zino Davidoff vs UASI - Kleinakis kai SIA (GOOD LIFE)

(Kawża T-108/08)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GOOD LIFE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GOOD LIFE - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Obbligu ta' diliġenza - Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zino Davidoff SA (Fribourg, l-Isvezja) (rappreżentanti: H. Kunz-Hallstein u R. Kunz-Hallstein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: R. Pethke u J. Laporta Insa, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: I. Kleinakis kai SIA OE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: K. Siotou, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Novembru 2007 (Każ R 298/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn I. Kleinakis kai SIA OE u Zino Davidoff SA.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta' Novembru 2007 (Każ R 298/2007-2) hija annullata.

2)    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Zino Davidoff SA.

3)    I.Kleinakis kai SIA OE għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 116, 09.05.2008.