Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' April 2010 - Freixenet vs UASI (Forma ta' flixkun iswed matt miksi bl-iżmerill)

(Kawża T-110/08) 1

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tirrapreżenta flixkun iswed matt miksi bl-iżmerill - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Nuqqas ta' karattru distintiv akkwistat permezz tal-użu - Artikolu 7(1) (b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Obbligu ta' motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)"]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Freixenet (Sant Sadurní d'Anoia, Spanja) (rappreżentanti: F. de Visscher, E. Cornu u D. Moreau, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Novembru 2007 (Każ R 104-2001-1), dwar talba għal reġistrazzjoni ta' sinjal li jirrapreżenta flixkun iswed matt miksi bl-iżmerill bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Freixenet, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 116, 09.05.2008.