Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' April 2010 - Freixenet vs UASI (Forma ta' flixkun bl-iżmerill abjad)

(Kawża T-109/08) 1

"Trade mark Komunitarja − Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tirrappreżenta flixkun bl-iżmerill abjad − Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv − Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu − Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] − Obbligu ta' motivazzjoni − Drittijiet tad-difiża − Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Freixenet, SA (Sant Sadurní d'Anoia, Spanja) (rappreżentanti: F. de Visscher, E. Cornu u D. Moreau, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta' Novembru 2007 (Każ R 97/2001-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal li jirrappreżenta flixkun bl-iżmerill abjad bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Freixenet, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 116, 09.05.2008.