Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Settembru 2010 - Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-498/09 P)1

"Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2005 - Għoti ta' punti ta' prijorità - Oneru tal-prova - Drittijiet tad-difiża - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta' Settembru 2009, Kerstens vs Il-Kummissjoni (F-102/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

P. Kerstens għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 51, 27.2.2010.