Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Settembru 2009 - PAGO International vs UASI - Tirol Milch (Pago)

(Kawża T-349/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: PAGO International GmbH (Klagenfurt, l-Awstrija) (rappreżentanti: C. Hauer u C. Schumacher, Rechtsanwälte)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck (Innsbruck, l-Awstrija)

Talbiet tar-rikorrenti

temenda d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta' Lulju 2009 dwar il-proċedimenti ta' kanċellazzjoni Nru 2025 C (trade mark Komunitarja Nru 915 488), sabiex l-ilment imressaq minn Tirol Milch, kooperattiva b'responsabbiltà limitata li ġiet irreġistrata, kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-4 ta' Awwissu 2008 jiġi miċħud, u li Tirol Milch, kooperattiva b'responsabbiltà limitata li ġiet rreġistrata, tiġi kkundannata għall-ispejjeż sostnuti f'dawn il-proċedimenti.

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell u tirrinvija l-każ quddiem l- Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) sabiex jagħti deċiżjoni mill-ġdid.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li kienet is-suġġett ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurattiva tal-kulur "Pago" għal prodotti fil-klassi 32 (Trade mark Komunitarja Nru 915 488)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li titlob l-invalidità tat-trade mark Komunitarja: Tirol Milch, kooperattiva b'responsabbiltà limitata li ġiet irreġistrata

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: dikjarazzjoni parzjali tar-revoka tat-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u tad-dikjarazzjoni tar-revoka tat-trade mark Komunitarja

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 51 moqri flimkien mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 , peress li, b'mod żbaljat, l-użu ġenwin tat-trade mark li hija s-suġġett tal-proċedimenti ma ġiex ippruvat.

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 u tad-drittijiet fundamentali tas-sistema ġuridika Komunitarja, b'mod partikolari tad-dritt għal smigħ xieraq.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78 p. 1).