Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 2012 - Novácke chemické závody vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-352/09) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karbur tal-kalċju u tal-manjeżju intiżi għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta' Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Obbligu ta' motivazzjoni - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Kapaċità kontributorja")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novácke chemické závody, a.s. (Nováky, is-Slovakkja) (rappreżentanti: inizjalment A. Černejová, sussegwentement M. Bol'oš u L. Bányaiová, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, N. von Lingen u A. Tokár aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti : Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: B. Ricziová, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta' Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ Nru COMP/F/39.396 - Reaġenti tal-karbur tal-kalċju u tal-manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), sa fejn issemmi lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti mill-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Novácke chemické závody a.s. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 267, 07.11.2009.