Language of document : ECLI:EU:T:2012:341





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012 — ICO Satellite vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-350/09)

“Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Bidu tad-dekorrenza — Assenza ta’ żball skużabbli — Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Rikors għal annullament — Termini — Natura ta’ ordni pubbliku — Bidu tad-dekorrenza — Notifika (il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 26-29, 31)

2.                     Proċedura — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Dekadenza — Żball skużabbli — Kunċett (ara l-punti 39, 41, 42)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/449/KE, tat-13 ta’ Mejju 2009, dwar l-għażla ta’ operaturi ta’ sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (ĠU L 149, p. 65).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

ICO Satellite Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Solaris Mobile Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.