Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Ottubru 2009 - Novácke chemické závody vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-352/09 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novácke chemické závody, a.s. (Nováky, is-Slovakkja) (rappreżentant: A. Černejová, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta' Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 − Reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

It-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)    L-ispejjeż huma rriżervati.

____________