Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Ġunju 2011 - Al Saadi vs il-Kummissjoni

(Kawża T-4/10) 1

("Mewt tar-rikorrent - Nuqqas ta' tkomplija tal-kawża mill-aventi kawża -

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Faraj Faraj Hassan Al Saadi (Leicester, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Jones, barrister, u M. Arani, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, T. Scharf u E. Paasivirta, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Szostak u E. Finnegan, aġenti); Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment minn G. Palmieri, sussegwentement minn G. Albenzio, avvocati dello Stato); u r-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, E. Belliard u L. Butel, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 954/2009, tat-13 ta' Ottubru 2009, li jemenda għall-114-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-netwerk ta' Al-Qaida u t-Taliban, sa fejn r-rikorrent jidher fuq il-listi ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet (ĠU L 269, p. 20).

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.    

____________

1 - ĠU C 51, 27.02.2010.