Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2014 – BMV Mineralöl Versorgungsgesellschaft vs UASI – Delek Europe (GO)

(Kawża T-60/14)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BMV Mineralöl Versorgungsgesellschaft mbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Von Fuchs u I. Czernik, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Delek Europe BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 382/2013-4;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell;

sussidjarjament, jekk l-intervenjenti ma tikkonfermax il-parteċipazzjoni tagħha fil-proċedura, tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Delek Europe BV

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “GO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 36 (Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 995 201)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “GO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 19, 35, 39 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009