Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2014 – Blackrock vs UASI (INVESTING FOR A NEW WORLD)

(Kawża T-59/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Blackrock, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, K. Gilbert u M. Blair, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-31 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 573/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “INVESTING FOR A NEW WORLD” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 36 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 144 706

Deċiżjoni tal-eżaminatur: it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma hijiex eliġibbli għal reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja