Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2015 – Blackrock vs UASI (INVESTING FOR A NEW WORLD)

(Kawża T-59/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INVESTING FOR A NEW WORLD – Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Blackrock, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, K. Gilbert u M. Blair, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 573/2013-1), fir-rigward ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali INVESTING FOR A NEW WORLD bħala trade mark Komunitarja. DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Blackrock, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.