Language of document : ECLI:EU:T:2015:750





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 –
Monster Energy vs UASI – Balaguer (icexpresso + energy coffee)

(Kawża T‑61/14)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva icexpresso + energy coffee – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti X‑PRESSO MONSTER, HAMMER M X‑PRESSO MONSTER ESPRESSO + ENERGY u MIDNIGHT M X‑PRESSO MONSTER ESPRESSO + ENERGY – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 26, 32, 72, 76)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Xebh viżiv bejn trade mark figurattiva u trade mark verbali (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 31)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 33, 34, 37, 45, 55, 62)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva icexpresso + energy coffee u trade marks verbali X‑PRESSO MONSTER, HAMMER M X‑PRESSO MONSTER ESPRESSO + ENERGY u MIDNIGHT M X‑PRESSO MONSTER ESPRESSO + ENERGY (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 50, 58, 68, 70, 77, 78)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Novembru 2013 (Każ R 821/2013‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Monster Energy Company u Luis Yus Balaguer.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Monster Energy Company hija kkundannata li tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).