Language of document : ECLI:EU:T:2016:23





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 – BR IP Holder vs UASI – Greyleg Investments (HOKEY POKEY)

(Kawża T‑62/14)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HOKEY POKEY – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti mhux irreġistrata – Prova tal-użu – Dritt ta’ projbizzjoni tal-użu tat-trade mark li saret l-applikazzjoni għaliha – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Dritt ta’ Stat Membru – Obbligu ta’ motivazzjoni – Konstatazzjoni ex officio”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Kundizzjonijiet – Interpretazzjoni fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni –Evalwazzjoni fir-rigward tal-kriterji stabbiliti mid-dritt nazzjonali li jirregolaw is-sinjal invokat (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 19-22, 28, 39)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Sinjal li jagħti lill-proprjetarju tiegħu d-dritt li jipprojbixxi l-użu ta’ trade mark iktar reċenti – Oneru tal-prova [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)(b) u 74(1)] (ara l-punti 23, 24)

3.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel frażi tal-Artikolu 75) (ara l-punti 29, 30)

4.                     Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Eżami ex officio mill-qorti – Obbligu ta’ osservanza tal-prinċipju tal-kontradittorju (Arikolu 263 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 31, 32)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1091/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BR IP Holder LLC u Greyleg Investments Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-22 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1091/2012-4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn BR IP Holder LLC.