Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 - Il-Gvern ta' Ġibiltà u Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-211/04 u T-215/04)1

("Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna nnotifikata mir-Renju Unit rigward ir-riforma tat-taxxa fuq il-kumpanniji tal-Gvern ta' Ġibiltà - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Selettività reġjonali - Selettività materjali")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent fil-kawża T-211/04: Il-Gvern ta' Ġibiltà (rappreżentanti: M. Llamas, barrister, J. Temple Lang, solicitor, kif ukoll, inizjalment, A. Petersen u K. Nordlander, sussegwentement K. Karl, avukati)

Rikorrent fil-kawża T-215/04: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: inizjalment M. Bethell, E. Jenkinson, aġenti, assistiti minn D. Anderson, QC, u H. Davies, barrister, sussegwentement E. Jenkinson, E. O'Neill u S. Behzadi-Spencer, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Khan u V. Di Bucci, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent fil-kawża T-211/04: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: inizjalment M. Bethell, aġent, assistit minn D. Anderson, QC, u H. Davies, barrister, sussegwentement E. Jenkinson u E. O'Neill, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, abogado del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/261/KE, tat-30 ta' Marzu 2004, dwar l-iskema ta' għajnuna li r-Renju Unit qiegħed jippjana li jimplementa rigward ir-riforma tat-taxxa fuq il-kumpanniji mill-Gvern ta' Ġibiltà (ĠU 2005, L 85, p.1).

Dispożittiv

Il-kawżi T-211/04 u T-215/04 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/61/KE tat-30 ta' Marzu 2004, dwar l-iskema ta' għajnuna li r-Renju Unit qiegħed jippjana li jimplementa rigward ir-riforma tat-taxxa fuq il-kumpanniji mill-Gvern ta' Ġibiltà, hija annullata.

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Gvern ta' Ġibiltà u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq fil-kawża T-215/04, kif ukoll għall-ispejjeż tagħha.

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq bħala intervenjent fil-kawża T-211/04, huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu.

Ir-Renju ta' Spanja, bħala intervenjent fil-kawżi T-211/04 u T-215/04, huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 217, 28.8.2004.