Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ottubru 2012 - Arbos vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-161/06) 

("Rikors għad-danni - Programm 'Kultura 2000' - Sussidji mogħtija fil-kuntest ta' proġetti - Talbiet għall-ħlas ta' diversi sommom - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbilta")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Arbos, Gesellschaft für Musik und Theater (Klagenfurt, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Karl, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Pignataro-Nolin u I. Kaufmann-Bühler, sussegwentement L. Pignataro-Nolin u W. Mölls, u fl-aħħarnett W. Mölls u D. Roussanov, aġenti)

Suġġett

Rikors intiż għall-kundanna tal-Kummissjoni, minn naħa, għall-ħlas tas-somma ta' EUR 38 585.42, bl-interessi bir-rata ta' 12 % mill-1 ta' Jannar 2001, kif ukoll is-somma ta' EUR 27 618.91, bl-interessi bir-rata ta' 12 % mill-1 ta' Marzu 2003, u, min-naħa l-oħra, għall-ħlas tas-somma ta' EUR 26 459.38 mingħajr VAT bħala spejjeż ta' avukati sostnuti fil-fażi prekontenzjuża.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Arbos, Gesellschaft für Musik und Theater għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 212, 02.09.2006.