Language of document : ECLI:EU:T:2012:573





Sentenza tal-Qorti tal-Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 — Arbos vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-161/06)

“Rikors għad-danni — Programm ‘Kultura 2000’ — Sussidji mogħtija fil-kuntest ta’ proġetti — Talbiet għall-ħlas ta’ diversi somom — Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura — Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Assenza, fir-rikors, tal-indikazzjoni preċiża tal-bażi legali tar-rikors kif ukoll ta’ argumentazzjoni li tiżviluppa l-motivi mqajma — Inammissibbiltà — Żvilupp fl-istadju tar-replika — Assenza ta’ effett (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 21(1) u 53(1); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 19-21, 29, 38, 39, 53, 54, 59)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Bażi legali ta’ rikors — Għażla mogħtija lir-rikorrent u mhux lill-qorti tal-Unjoni (ara l-punt 24)

Suġġett

Rikors intiż għall-kundanna tal-Kummissjoni, minn naħa, għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 38 585.42, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 12 % mill-1 ta’ Jannar 2001, kif ukoll tas-somma ta’ EUR 27 618.91, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 12 % mill-1 ta’ Marzu 2003, u, min-naħa l-oħra, għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 26 459.38 mingħajr VAT bħala spejjeż ta’ avukati sostnuti fil-fażi prekontenzjuża.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Arbos, Gesellschaft für Musik und Theater għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.