Language of document : ECLI:EU:T:2007:274





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007 – ColArt/Americas vs UASI (BASICS)

(Kawża T-164/06)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BASICS – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Trade mark deskrittiva – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Karattru distintiv miksub permezz ta’ l-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1) (ċ)) (ara l-punti 24-25)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz ta’ l-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 45-47, 53)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tas-7 ta’ April 2006 (Każ R 788/2005-4) li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BASICS bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

ColArt/Americas, Inc.

Trade mark ikkonċernata:

Trade mark verbali BASICS għal prodotti fil-klassi 2 – Applikazzjoni Nru 2433613

Deċiżjoni ta’ l-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ColArt/Americas hija kkundannata għall-ispejjeż.