Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Jannar 2008 - Kronoply vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-162/06)1

("Għajnuna mill-Istat - Għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni - Motivazzjoni - Effett ta' inċentiv tal-għajnuna− Neċessità tal-għajnuna")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kronoply GmbH & Co. KG (Heiligengrabe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Nierer u L. Gordalla, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn K. Gross u T. Scharf, sussegwentement minn V. Kreuschitz, K. Gross u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, 2006/262/KE, tal-21 ta' Settembru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat C 5/2004 (ex N 609/2003) li l-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti lil Kronoply (ĠU 2006, L 94, p. 50).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Kronoply GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 212, 2.9.2006.