Language of document : ECLI:EU:T:2007:126





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ l-4 ta’ Mejju 2007 – Icuna.Com vs Il-Parlament

(Kawża T-71/07 R)

“Kuntratti pubbliċi – Proċedura Komunitarja ta’ sejħa għal offerti – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni ta’ eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet ta’ għoti - “Fumus boni juris” - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha involuti fil-kawża (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 30-31)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni ta’ eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet ta għoti - Miżuri li ma jippreġudikawx id-deċiżjoni dwar il-mertu (Artikoli 233 KE, 242 KE u 243 KE) (ara l-punti 46 -49)

Suġġett

Talba sabiex tiġi sospiża l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta’ Jannar 2007 li biha huwa annulla s-sejħa għal offerti EP/DGINFO/WEBTV/2006/0003, f’dak li jirrigwarda l-lott Nru 2, sakemm il-Qorti tal-Prim’Istanza tiddeċiedi fuq ir-rikors fil-kawża prinċipali.

Dispożittiv

1.     It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2.     L-ispejjeż huma rriżervati.