Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 - Cantieri Navali Termoli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-70/07)1

(Għajnuna mill-Istat - Bini ta' bastiment - Għajnuna għall-operat marbuta ma' kuntratti li jirrigwardaw il-bastimenti - Talba għall-estensjoni tat-terminu ta' konsenja ta' bastiment previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1540/98 - Rabta kawżali bejn l-avveniment straordinarju u d-dewmien)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cantieri Navali Termoli SpA (Termoli, l-Italja) (rappreżentant: B. Mammarella, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Conte u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/948/KE, tal-4 ta' Lulju 2006, dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja bi ħsiebha timplimenta favur Cantieri Navali Termoli SpA (ĠU L 383, p. 53).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Cantieri Navali Termoli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 95, 28.4.2007.