Language of document : ECLI:EU:T:2008:486





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Novembru 2008 – Cantieri Navali Termoli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-70/07)

“Għajnuna mill-Istat – Bini ta’ bastiment – Għajnuna għall-operat marbuta ma’ kuntratti li jirrigwardaw bastimenti – Talba għall-estensjoni tat-terminu ta’ kunsinna ta’ bastiment previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1540/98 – Rabta kawżali bejn l-avveniment straordinarju u d-dewmien”

1.                     Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Distinzjoni mill-iżball manifest ta’ evalwazzjoni (Artikolu 253 KE) (ara l-punt 37)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna għall-bini ta’ bastimenti (Regolament tal-Kunsill Nru 1540/98, Artikolu 3(2)) (ara l-punti 53-58)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/948/KE, tal-4 ta’ Lulju 2006, dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja biħsiebha timplementa favur Cantieri Navali Termoli SpA (ĠU L 383, p. 53).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cantieri Navali Termoli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.