Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Ġunju 2009 - Last Minute Network vs UASI - Last Minute Tour (LAST MINUTE TOUR)

(Kawża magħquda T-114/07 u 115/07)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva LAST MINUTE TOUR - Trade mark nazzjonali preċedenti mhux reġistrata LASTMINUTE.COM - Raġuni relattiva għal rifjut - Riferiment għad-dritt nazzjonali li jirregola t-trade mark preċedenti - Sistema tal-azzjoni taħt il-common law kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) - Artikolu 8(4) u l-Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru, rispettivament, l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Last Minute Network Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Brownlow, solicitor, u S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Botis u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Last Minute Tour SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: D. Caneva u G. Locurto, avukati)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' Frar 2007 (Każ R 256/2006-2 u Każ R 291/2006-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Last Minute Network Ltd u Last Minute Tour SpA.

Dispożittiv

Id-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI) tat-8 ta' Frar 2007 (Każ R 256/2006-2 u Każ R 291/2006-2) huma annullati.

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-tieni kap tat-talbiet ta' Last Minute Network Ltd.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta' Last Minute Network.

Last Minute Tour SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 129, 9.6.2007.