Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Novembru 2012 - Atlas vs UASI - Couleurs de Tollens (ARTIS)

(Kawża T-558/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ARTIS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ARTIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Atlas sp. z o.o. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Couleurs de Tollens (Clichy, Franza) (rappreżentant: J. G. Monin, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta' Lulju 2011 (Każ R 1253/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Couleurs de Tollens-Agora u Atlas sp. z o.o.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Atlas sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż fosthom l-ispejjeż indispensabbli esposti mill-Couleurs de Tollens għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

____________

1 - ĠU C 13, 14.01.2012.