Language of document : ECLI:EU:T:2013:255





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2013 — BytyOKD vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑559/11)

“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Bejgħ mir-Repubblika Ċeka tas-sehem minoritarju tagħha fil-kapital tal-kumpannija OKD fil-kuntest ta’ privatizzazzjoni — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Assoċjazzjoni professjonali — Nuqqas ta’ interess individwali — Kunċett ta’ parti interessata — Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Obbligu għall-Qorti Ġenerali li tiftaħ il-proċedura orali qabel ma tieħu deċiżjoni dwar eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Assenza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 114(1),(3) u (4)) (ara l-punt 17)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikklassifikax miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat mingħajr ma tinbeda l-proċedura formali ta’ investigazzjoni — Persuna interessata fit-tifsira tal-Artikolu 108(2) TFUE — Assoċjazzjoni ta’ inkwilini — Kundizzjonijiet — Rikors ta’ assoċjazzjoni kkostitwita minn kategorija ta’ partijiet f’kawża li ma humiex huma stess individwalment ikkonċernati — Inammissibbiltà (Artikolu 108(2) TFUE u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999) (ara l-punti 20-31, 38, 45, 46)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4927, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar il-bejgħ lil Karbon Invest a.s. tas-sehem minoritarju tal-Istat Ċek fil-kapital ta’ OKD, a.s., u li tiddikjara li dan il-bejgħ ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat [Għajnuna mill-Istat SA.25076 (2011/NN)] (ĠU C 225, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Sdružení nájemníků BytyOKD.cz hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ RPG Industries Limited.