Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2013 – SFC Jardibric vs UASI Aqua Center Europa (AQUA FLOW)

(Kawża T-417/12) 1

[“Trade mark Komunitajra – Proċedimenti ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva AQUA FLOW – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti VAQUA FLOW – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Dikjarazzjoni ta’ invalidità – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ limitazzjoni bħala konsegwenza ta’ kunsens – Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SFC Jardibric (Saint-Jean-De-La-Ruelle, Franza) (rappreżentant: J.-L. Fourgoux, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aqua Center Europa, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. J. Martín Izquierdo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Lulju  2012 (Każ  R 2230/2010-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Aqua Center Europa, SA u SFC Jardibric.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

SFC Jaridibric hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 373, 01.12.2012.