Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – ENAC vs INEA

(Kawża T-695/13) 1

(“Għajnuna finanzjarja – Proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks transewropej tat-trasport u tal-enerġija – Twettiq ta’ studju għall-iżvilupp intermodali tal-ajruport ta’ Bergamo-Orio al Serio – Determinazzjoni tal-ammont finali tal-għajnuna finanzjarja – Spejjeż mhux eliġibbli – Żball ta’ liġi – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ente nazionale per l’aviazione civile (ENAC) (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: G. Palmieri u P. Garofoli, avukati tal-Istat)

Konvenuta: Aġenzija Eżekuttiva għall-innovazzjoni u n-netwerks (rappreżentanti: I. Ramallo, D. Silhol u Z. Szilvássy, aġenti, assistiti minn M. Merola, M. C. Santacroce u L. Armati, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA) (Grassobbio, l-Italja) (rappreżentanti: M. Muscardini, G. Greco u G. Carullo, avukati)

Suġġett    

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittri tat-18 ta’ Marzu u tat-23 ta’ Ottubru 2013 tal-Aġenzija Eżekuttiva għan-Netwerk Transewropew tat-Trasport (TEN-T EA), li saret INEA, dwar ċerti spejjeż esposti fl-okkażjoni tat-twettiq ta’ studju ta’ fattibbiltà dwar in-natura intermodali tal-ajruport ta’ Bergamo-Orio al Serio (l-Italja) wara għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

L-Ente nazionale per l’aviazione civile (ENAC, l-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili, l-Italja) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 52, 22.2.2014.