Language of document : ECLI:EU:T:2016:672





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2016 – Ipatau vs IlKunsill

(Kawżi magħquda T694/13 u T2/15)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni – Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità”

1.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi – Drittijiet tad-difiża – Komunikazzjoni tal-provi kontra – Deċiżjoni sussegwenti li żammet l-isem tar-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati minn dawn il-miżuri – Assenza ta’ motivi ġodda – Ksur tad-dritt għal smigħ – Assenza

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/534/PESK u 2014/750/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1054/2013 u Nru 1159/2014)

(ara l-punti 4751, 59, 60)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Rekwiżiti minimi

(Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/534/PESK u 2014/750/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1054/2013 u Nru 1159/2014)

(ara l-punti 6670)

3.      Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

(ara l-punt 76)

4.      L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Portata tal-istħarriġ

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/534/PESK u 2014/750/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1054/2013 u Nru 1159/2014)

(ara l-punt 85)

5.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Natura proporzjonata ta’ miżura – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(ara l-punt 101)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċizjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċizjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU 2013, L 288, p. 69), tar-Regolament tal-Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU 2013, L 288, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/750/PESK, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU 2014, L 311, p. 39), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1159/2014, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU 2014, L 311, p. 2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Vadzim Ipatau huwa kkundannat għall-ispejjeż.