Language of document : ECLI:EU:T:2016:464





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2016 – ENAC vs INEA

(Kawża T‑695/13)

“Għajnuna finanzjarja – Proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks transewropej tat-trasport u tal-enerġija – Realizzazzjoni ta’ studju għall-iżvilupp intermodali tal-ajruport ta’ Bergame-Orio al Serio – Determinazzjoni tal-ammont finali tal-għajnuna finanzjarja – Spejjeż ineliġibbli – Żball ta’ liġi – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 29-31)

2.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali – Direttiva 2004/17 – Kuntratt pubbliku għal servizzi – Kunċett – Servizzi ta’ inġinerija li jirrigwardaw it-twettiq ta’ studju dwar proġett ta’ xogħol wieħed u uniku – Natura unitarja tal-funzjoni ekonomika u teknika tagħhom – Inklużjoni – Separazzjoni tas-servizzi mill-entità kontraenti – Inammissibbiltà (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17, Artikolu 17(2)) (ara l-punti 47, 48, 50, 60)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet – Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni – Kunċett – Skiet mill-amministrazzjoni – Esklużjoni (ara l-punti 76-78, 80)

4.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d)) (ara l-punt 82)

5.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali – Direttiva 2004/17 – Derogi mir-regoli komuni – Kundizzjonijiet – Interpretazzjoni stretta (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17, Artikolu 40(3)(c) u (d); Direttiva tal-Kunsill 93/38, Artikolu 20(2)(c) u (d)) (ara l-punti 87, 93, 96, 97)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittri tat-18 ta’ Marzu u tat-23 ta’ Ottubru 2013 tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (TEN‑T EA), li saret INEA, dwar ċerti spejjeż sostnuti fl-okkażjoni tat-twettiq ta’ studju ta’ fattibbiltà dwar in-natura intermodali tal-ajruport ta’ Bergame-Orio al Serio (l-Italja) wara l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Ente nazionale per l’aviazione civile (ENAC, awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili, l-Italja) hija kkundannata għall-ispejjeż.