Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Diċembru 2010 - Fédération internationale des logis vs UASI (Kwadru konvess aħdar)

(Kawża T-282/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta kwadru konvess aħdar - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération internationale des logis (Pariġi, Franza) (rappreżentant: B. Brisset, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliar-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta' April 2009 (Każ R 1511/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' kwadru konvess aħdar bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Fédération internationale des logis hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 220, 12.09.2009.