Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Diċembru 2012 - PAN Europe u Stichting Natuur en Milieuvs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-574/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) u Stichting Natuur en Milieu (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: F. Martens, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta' Ottubru 2012, sa fejn jintlaqgħu t-talbiet tar-rikorrenti għall-eżami mill-ġdid tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2008, tad-29 ta' Jannar 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabblixxi l-Annessi II, III u IV li jistipulaw il-livelli massimi ta' residwi għall-prodotti koperti mill-Anness I tiegħu (ĠU L 58, p. 1) iżda huma ddikjarati infondati;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 11, 168, 169 u 191 TFUE, tal-Artikoli 7, 35 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikoli 1, 14(2), 22, 23, 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 2, tal-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002  u tal-Artikoli 4 u 10 tad-Direttiva 91/414/KEE .

Ir-rikorrenti jiċħdu li l-livelli massimi ta' residwi (iktar 'il quddiem l-"MRL") ġew iffissati għal-livell l-iktar baxx li jista' jintlaħaq li huwa konformi mal-prattiki agrikoli tajba.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-każijiet ma ġewx studjati fil-fond. Il-konvenuta tikkunsidra essenzjalment li l-Artikoli 22 sa 25 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 bl-ebda mod ma jistabbilixxu proċedura għall-evalwazzjoni kompleta ta' kull każ fil-proċedura sabiex jiġu stabbiliti l-MRL proviżżorji għall-ewwel darba.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jallegaw li ma ġietx ikkunsidrata l-espożizzjoni akkumulattiva tal-konsumaturi.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jqisu li l-parti l-kbira tal-MRL proviżżorji jaqbżu l-istandards sanitarji.

____________

1 - Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' Frar 2005, dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, p. 1).

2 - Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002, tat-28 ta' Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 43).

3 - Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta' Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332).