Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2014 – Łaszkiewicz vs UASI – Capital Safety Group EMEA (PROTEKT)

(Kawża T-576/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROTEKT – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti PROTECTA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Grzegorz Łaszkiewicz (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Capital Safety Group EMEA SAS (Carros, Franza)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 700/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Capital Safety Group EMEA SAS u Grzegorz Łaszkiewicz.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Grzegorz Łaszkiewicz huwa kkundannat għall-ispejjeż.