Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2013 - UOP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-198/09) 

("Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: UOP Ltd (Guildford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: B. Hartnett u O. Geiss, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Talabér-Ritz u T. Scharf, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: IFP (Rueil-Malmaison, Franza) (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u A. Noël-Baron, avukati)

Suġġett

Annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/157/KE, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar il-miżura ta' għajnuna implimentata minn Franza favur il-grupp IFP [C 51/05 (ex NN 84/05)] (ĠU 2009, L 53, p. 13).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)    UOP Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-IFP.

____________

1 - ĠU C 167, 18.07.2009.