Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Lulju 2009 - TerreStar Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-196/09 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni li tirrigwarda l-għażla tal-operaturi tas-sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TerreStar Europe Ltd (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Olofsson, avukat, u J. Killick, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u A. Nijenhuis, assistiti minn K. Platteau u D. Van Liedekerke, avukati)

Suġġett

Essenzjalment, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/449/KE, tat-13 ta' Mejju 2009, dwar l-għażla tal-operaturi tas-sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (ĠU L 149, p. 65).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________