Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Jannar 2013 - K2 Sports Europe vs UASI - Karhu Sport Iberica (SPORT)

(Kawża T-54/12) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SPORT - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti K2 SPORTS - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta' xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: K2 Sports Europe (Penzberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u I. Harrington, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Karhu Sport Iberica, SL (Córdoba, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta' Novembru 2011 (Każ R 986/2010-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn K2 Sports Europe GmbH u Karhu Sport Iberica, SL.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

K2 Sports Europe GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 109, 14.04.2012.