Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 taʼ April 2013 – SAZAS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-420/08) 1

“Kompetizzjoni – Akkordji – Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku taʼ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq ġeografiku – Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali – Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali – Prova – Preżunzjoni ta’ innoċenza”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Združenje skladateljev, avtorjev in založnikov za zaščito avtorskih pravic Slovenije (Sazas) (Trzin, is-Slovenja) (rappreżentant: M. Favart, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u A. Biolan, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: International Confederation of Societies of Authors and Composers (CISAC) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u K. Van Hove, avukati); u European Broadcasting Union (EBU) (Grand-Saconnex, l-Isvizzera) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor)SuġġettTalba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 taʼ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC).DispożittivL-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 taʼ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC), hija annullata, sa fejn jikkonċerna lil Združenje skladateljev, avtorjev in založnikov za zaščito avtorskih pravic Slovenije (SAZAS).Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.